Għaliex iż-żgħażagħ iħossuhom ‘il bogħod mill-knisja?

Waqt il-programm tal-lejla minn Sensilhena Christine Delicata terġa’ tiltaqa’ ma’ Mons. Anton Teuma, l-Isqof t’Għawdex, u tistaqsieh ħafna mistoqsijiet dwar iż-żgħażagħ u dak li jixtiequ mill-knisja. Għaliex xi kultant iħossuhom ‘il bogħod mill-knisja?

U l-knisja x’tista’ tagħmel għalihom iktar. Kif ukoll tkellmet miegħu dwar il-koppji żgħażagħ li jagħmlu l-korsijiet ta’ Kana u mbagħad daqshekk. Ma jkunx hemm min jimxi magħhom il-mixja taż-żwieġ u l-ħajja familjari, sakemm ma jinqalax xi ntopp fir-relazzjoni. Hilary Spiteri mar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt fejn spjega l-ornamenti tant sbieħ li nsibu f’dan il-Katidral. Fr Paul Chetcuti sj, ser jirakkonta storja oħra mill-esperjenza tiegħu ma’ Madre Tereża ġo Kalkutta.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI MEDIA, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Sensilhena jixxandar fuq TVM illum l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru fis-7.00pm b’repetizzjoni fuq TVM2 il-Ħamis fis-2.00pm u l-Ħadd fil-11.15am.