Għaliex inti timrad ta’ spiss u ħaddieħor ma jimrad qatt?

Bosta persuni jaqbadhom xi riħ ta’ spiss, filwaqt li oħrajn qishom ma jimirdu qatt, anke jekk ikunu esposti għall-mikrobi u l-mard. Għaliex taħseb li jiġri dan?

Esperti jidher li ma jaqblux bejniethom dwar raġuni konkreta wara dan il-fenomenu imma hemm bosta suġġerimenti komuni.

  1. Eżerċizzju – skont esperti, aktar kemm tagħmel eżerċizzju u tkun fiżikament f’saħħtek anqas hemm ċans li timrad, dan minħabba li tissaħħaħ is-sistema imunitarja.
  2. Ġenetika – bosta huma fortunati biżżejjed li jkollhom ġenetika tajba biżżejjed li tippermetti li ma jimirdux. Xjentisti għadhom iridu jiskopru eżatt dan kif jiġri.
  3. Persuni li kienu jilgħabu barra meta kienu tfal jimirdu inqas hekk kif kienu aktar esposti għall-batterji u viruses.
  4. Jekk wieħed iżomm idejh nodfa kapaċi jgħinek tibqa’ aktar f’saħħtek. Skont riċerka, immissu wiċċna minn tal-inqas 16-il darba kuljum li jagħmilha aktar faċli li nitrasferixxu batterji minn postijiet maħmuġa għall-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq.
  5. Stress – minkejja li hemm riċerka li turi li l-istress huwa xi ħaġa tajba jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-sistema imunitarja u għaldaqsant jagħmilha iktar faċli li timrad.
  6. Jekk ma torqodx biżżejjed tista’ timrad aktar malajr.
  7. Jekk tiekol ħafna ikel li mhux tajjeb għas-saħħa kapaċi timrad aktar malajr.
  8. Jekk tkun espost għal persuni morda ta’ spiss, tista’ tiġi immuni għall-mard, jiġifieri tkun aktar faċli għalik li ma timradx mill-ewwel. Dan jidher biċ-ċar fit-tobba hekk kif bosta jirnexxielhom ma jimirdux minkejja li huma stess ikunu esposti għal bosta persuni morda ta’ kuljum.