Għaliex il-Prinċep Harry ilu 20 sena bl-istess brazzuletta?

Il-Prinċep Harry inbidel mas-snin imma ħaġa li ma bidilx kienet il-fissazzjoni fuq il-brazzuletti.  B’mod partikolari, dejjem deher liebes l-istess brazzuletta tal-fidda u metall iswed għall-aħħar 20 sena.

Dan minħabba raġuni speċjali: bħala tifkira u rispett lejn ommu, il-Prinċipessa Diana.

Ftit wara l-mewt traġika ta’ ommu fl-1997, il-Prinċep Charles ħa lil Prinċep Harry ta’ 12-il sena u lil ħuh il-Prinċep William lejn l-Afrika, biex isibu refuġju mit-tbatija.  Kien minn hemmhekk li l-Prinċep Harry xtara din il-brazzuletta.

Anke fit-tieġ tiegħu ma’ Meghan Markle, illum id-Dukessa ta’ Sussex, libisha!