Għaliex il-PM ma ħariġx stqarrija fuq l-immigrazzjoni? – PD

Il-Partit Demokratiku kkummenta li huwa sorpriż li l-Prim Ministru ma ħariġx stqarrija wara laqgħa tal-Kunsill Ewropew, kif normalment jagħmel.

Il-PD talab għar-raġuni għaliex ma kienx hemm stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru din id-darba, sabiex ikun jista’ jelimina r-raġuni potenzjali li dan sar minħabba r-restrizzjonijiet riċenti fuq l-immigrazzjoni.

Minkejja li kien hemm stqarrija l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament, il-PD ilmenta li din m’għadhiex tgħodd ġaladarba l-pożizzjoni tal-Gvern fuq l-immigrazzjoni issa nbidlet.