Għaliex il-Maġistrat semma lit-tarbija abbandunata Cristiano?

Nazzjonijiet magħquda tarbija tfal mewt

It-tarbija li nstabet abbandunata f’Buġibba lbieraħ issemmiet Cristiano mill-Maġistrat Joe Mifsud li qed imexxi l-inkjesta dwar il-każ. Imma kont taf għaliex?

Il-Maġistrat huwa Juventin kbir, għalhekk ma setax ma jiġix f’moħħu l-akkwist l-iżjed riċenti tal-Juventus, il-plejer Cristiano Ronaldo.

Dan żvelah is-sit tal-klabb tal-Juventus f’Malta, li l-Maġistrat Mifsud huwa membru onorarju tiegħu. Il-klabb awgura liċ-ċkejken Cristiano biex jikber f’saħħtu bħal Cristiano Ronaldo.

It-tarbija nstabet ilbieraħ għall-ħabta tal-4.15pm f’Buġibba. Kienet għadha bil-kurdun intatt, u ttieħdet l-isptar.