Għaliex hemm min jagħżel isem stramb għat-tarbija?

Bosta ġenituri jiddeċiedu li jagħtu isem stramb lit-tarbija tagħhom. Isem li jġiegħel lil dak li jkun jaħseb u jistaqsi fejn marru l-ismijiet tradizzjonali.
L-għażla ta’ ismijiet ‘strambi’ dejjem twassal għal dibattiti bejn ġenituri, qraba u ħbieb li jistaqsu dwar din l-għażla.
Tliet koppji Skoċċiżi tkellmu ma’ The Daily Record u spjegaw għalfejn l-isem li għażlu ma kienx wieħed konvenzjonali.

  1. Ransom Morrow – Il-ġenituri tat-tifel għażlu li jsemmuh wara l-kawboj mill-film tal-istil Western, The Man Who Shot Liberty Valance. Il-koppja spjegat, li minkejja li meta saru jafu li kienu qed jistennew tarbija ddiskutew numru kbir ta’ ismijiet, qatt ma rnexxielhom jaqblu, ħlief fuq l-isem Ransom, li kienu semgħu waqt li raw il-film. Sostnew li huma koppja kreattiva, u għalhekk riedu li isem it-tarbija tagħhom ikun kreattiv ukoll.
  2. Amazon Atlas Spruce Harris– Il-koppja ddeċidiet li ssemmi lit-tifel tagħha Amazon għax riedu isem uniku. Huma propjament semmewh wara l-foresta Amazon, iżda bosta fehmu dan ħażin u mmedjatament assumew li semmew it-tarbija wara s-sit ta’ xiri onlajn, Amazon.com. Huma għażlu l-isem parzjalment biex jonoraw il-memorja ta’ wieħed mill-antenati ta’ omm it-tarbija li kien vjaġġa fl-Amazon.
  3. Ultra-Violet – Il-koppja ddeċidiet li ssemmi lit-tifla tagħha Ultra-Violet wara l-mewt tan-nanna tal-omm li kien jisimha Violet. Għalihom l-isem ifakkarhom fiha u b’hekk il-memorja tagħha tibqa’ ħajja.