​Għaliex Ħal Qormi fil-Ġimgħa Mqaddsa?

Mixegħla, Kundanna u Via Dolorosa se jispikkaw fil-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi.
Il-Mixegħla se tittella’ matul il-Lejl ta’ Ħamis ix-Xirka mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi. L-attività se ssir fuq iz-zuntier u se tibda fit-8pm.
Sadanittant il-Kummissjoni Kultura fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Pinto se ttella’ l-Kundanna mill-ħsieb ta’ Pietru, rappreżentazzjoni ħajja fix-xelter tal-gwerra li jinsab taħt l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Qormi.
Ir-rappreżentazzjonijiet se jsiru f’Ħamis ix-Xirka bejn is-7pm u l-11.30pm, u fil-Ġimgħa l-Kbira mit-8am sal-11.30am.
Barra minn hekk sal-15 ta’ April se tkun miftuħa wirja tal-vara tas-sitt dulur ta’ Marija, bl-isem Via Dolorosa. Il-wirja tinkludi sepulkru, mejda tal-appostli bi statwi life size, diversi settijiet ta’ vari u qed tinżamm fil-Każin Pinto f’Ħal Qormi.