Għaliex Gloria u Winnie jinsabu ddisprati?

Fl-episodju tal-lum mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw għaliex Gloria u Winnie għadhom iddisprati. Donnhom li ma jafux se jagħmlu!

Lil min iċċempel Olivia? Manwela tirrepeti ma’ Decelis dak li Chetcuti kien qalilha. X’kien sama’? U għaliex Decelis jinħasad?

Feliċ jgħid lil Olivia biex tirkeb ħalli jwassalha d-dar. X’ġara? Għaliex Feliċ irrabjat u min se jħebb għalih?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Is-sensiela tixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm b’repetizzjoni l-għada fl-10.15am.