Filmat: Evakwati passiġġieri minn fuq titjira tal-British Airways

Passiġġieri abbord titjira ta’ British Airways kellhom jiġu evakwati minħabba li l-kabina mtliet bid-duħħan. Dan ġara ftit tal-ħin qabel ma l-ajruplan niżel fl-ajruport ta’ Valencia fi Spanja.

Europa Press, aġenzija tal-aħbarijiet, qalet li tliet min-nies kellhom jingħataw il-kura minħabba li belgħu xi dħaħen u madwar għaxra oħra ingħataw trattament minħabba li ġarrbu xi ġrieħi waqt li niżlu miż-żurżieqa ta’ emerġenza li nfetħet biex jevakwaw malajr.

Fuq Twitter, weħda mill-passiġġieri qalet li għadhom qed jistennew spjegazzjoni ta’ x’ġara eżatt fuq it-titjira ta’ British Airways. Hi qalet li l-kabina mtliet bid-duħħan għaxar minuti qabel ma kellu jinżel l-ajruplan fl-ajruport ta’ Valencia.

Skont il-filmat li ġibdet l-istess passiġġiera tidher membru tal-ekwipaġġ titkellem fuq it-telefown fl-istess kabina mimlija duħħan, mal-passiġġiera.