​Għaliex din it-tarbija bellhet lil kulħadd?

Tarbija tat-twelid bellhet lill-ġenituri tagħha, meta rrealizzaw li twieldet b’sinna ffurmata.  Dan minħabba li ħafna trabi joħorġu l-ewwel sinna meta jkollhom ix-xhur.
Iżda Cruise Horsburgh, li twieled fis-27 ta’ Jannar li għadda, twieled b’sinna tleqq. Ommu u missieru ma setgħux jemmnu lil għajnejhom… u lanqas il-qwiebel fl-isptar!
Skont rapport mediċi, waħda biss minn kull 3,000 tarbija titwieled b’sinna viżibbli.
Ġeneralment it-trabi jkollhom mas-sitt xhur meta joħorġu l-ewwel sinna. Oħrajn ġieli jdumu aktar minn sena.
Inti taf lil xi ħadd li twieled b'sinna? Itteggjah!