Għaliex dejjem jaqbdek il-ġuħ fil-11am?

food-salad-restaurant-person

Bosta drabi tkun verament diffiċli li wieħed iwassal sal-ikla ta’ nofsinhar hekk kif żaqqu tibda tgerger għall-ħabta tal-11am u jispiċċa jnaqqar xi ħaġa.
Dan jista’ jiġri wkoll anke jekk tkun persuna li tieħu kolazzjon kuljum u jkunu raqdu biżżejjed matul il-lejl.
Nofsinhar huwa l-aktar ħin “kmieni” u aċċettabbli sabiex wieħed jiekol l-ikla tal-ġurnata.
Madanakollu, skont professjonisti fi New York, li jaqbdek il-ġuħ fil-11am hija ħaġa naturali, speċjalment jekk tiekol il-kolazzjon kmieni filgħodu.
Il-ġisem huwa mdorri li jaqbdu l-ġuħ bejn tlieta u erba’ sigħat wara l-aħħar ikla li tkun kilt. Għalhekk jekk tkun kilt il-kolazzjon għall-ħabta tas-7am, hija xi ħaġa normali li jaqbed il-ġuħ sal-11am.
Bosta persuni fuq il-post tax-xogħol isibu mekkaniżmi ta’ kif jaljenaw lilhom innifishom mill-ġuħ. Xi persuni jiddeċiedu li jorganizzaw laqgħat f’dak il-ħin, filwaqt li oħrajn jiddeċiedu li jieħdu xi tazza kafe.
Għalhekk jekk trid li tiekol għall-ħabta ta’ nofsinhar u ma tħossokx se tmut bil-ġuħ sakemm jasal il-ħin, tista’ tieħu xi ħaġa żgħira x’tiekol għall-ħabta tal-10am bħal-lewż jew xi yogurt.
Jekk tibda tieħu kolazzjon aktar tard u xorta jibqa’ jaqbdek il-ġuħ qabel ma jkunu saru nofsinhar, evalwa jekk il-porzjon tal-kolazzjon hux kbir biżżejjed biex isostnik.
Biex iżommok, il-kolazzjon irid ikollu fih sors ta’ proteina u xaħmijiet tajbin bħall-bajd, yogurt, u butir. Magħhom importanti li jkollok il-fibra bħall-frott, spinaċi jew avacado.
Min-naħa l-oħra jista’ jkun il-każ li jaqbdek il-ġuħ minkejja li tkun tiekol kolazzjon tajjeb u li suppost iservi sal-ikla ta’ nofsinhar.
Professjonisti jgħidu li wieħed jista’ jikkonsidra li jaf lanqas biss għandu ġuħ iżda wisq probabli għandu l-għatx hekk kif il-ġisem jinterpreta l-ġuħ u l-għatx bl-istess mod. Infatti ħafna jagħtu l-parir li wieħed jixrob tazza ilma l-ewwel ħaġa malli jqum.