Għaliex Decelis jinsab irrabjat għal Manwela?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Brenda tmur tiġri tgħid lil Kristianne dak li kienet semgħet fuq il-mobajl ta’ Valentina. X’se jagħmlu?

Għaliex Decelis għadu rrabjat għal Manwela?

Immorru fil-kċina ta’ Yvonne. X’inhu jiġri? Tgħid hi u Jane reġgħu qed jiġġieldu? Frankie se jaħsadhom b’dak li se jgħidilhom dwar Nadia. Imma xiex?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.