Għaliex dawn huma ‘l-idjoti’ tal-Arsenal?

Pepe, Luiz, Lazarette u Xhaka

Erba’ plejers kbar ta’ Arsenal issejħu ‘idjoti’ wara li kisru l-ordni tal-kwarantina mposta mill-Gvern fl-Ingilterra.

Nicholas Pepe, li sewa £72 miljun, l-ogħla ċifra li qatt ħallas il-klabb tiegħu, intlemaħ jilgħab il-ballun ma’ tużżana ħbieb tiegħu f’Londra.  Plejers oħra mill-istess klabb, David Luiz u Granit Xhaka, rawhom ukoll  jilagħbu f’park f’Southgate.

Imbagħad kien hemm Alexandre Lacazette li ntlemaħ qrib raġel li kien qed jaħsillu l-karozza Audie quddiem daru.

Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, Pepe li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali ta’ Ivory Coast, bagħat filmati tiegħu jilgħab il-futbol lil sħabu fuq Instagram.

Kelliem għall-Arsenal irringrazzja lil dawk kollha li ġibdulhom l-attenzjoni għal dawn ‘l-idjoti’. Huwa qal li kellhom ikellmu lil dawn il-plejers talli qed jagħtu isem ħażin lill-klabb.

“Aħna mħassba dwar dak li seħħ. Fil-fatt diġà kellimna lil Pepe li f’dary għandu miegħu xi qraba li jistgħu jkunu nfettati,” kompla jgħid il-kelliem. “Fakkarnih kemm hu importanti li jsegwi l-gwido maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.”

Aktar tard sar magħruf li l-Pulizija kienu għalqu l-park fejn kien  dehru jilagħbu David Luiz u Granit Xhaka.