Għaliex dan huwa l-aħħar rigal li din it-tifla se tirċievi mingħand missierha?

Bailey Sellers għadha kemm għalqet 21 sena, sena speċjali iżda fl-istess waqt qed tħoss tbatija.
Din is-sena, għeluq snin Bailey se jkun l-aħħar wieħed li rċeviet kartolina u bukkett fjuri mingħand missierha.
Għal dawn l-aħħar ħames snin min meta miessierha miet bil-kanċer, Bailey kienet tirċievi dan ir-rigal mingħandu għax kien ħallas għalihom qabel mewtu.
Din l-istorja ta’ qsim il-qalb sibniha fuq Twitter, fi tweet ta’ Bailey turi l-aħħar rigal ta’ missierha.
Ħafna kienu dawk li qasmu l-istejjer tagħhom b’risposta għal dan it-tweet li xtered mad-dinja kollha. Uħud minnhom jitolbu għal Bailey filwaqt li jgħidulha li missierha qiegħed magħha f’dawn il-mumenti diffiċli fil-ħajja tagħha.
Jekk qed tesperjenza s-solitudni, niket jew dwejjaq tibqax tbati fis-silenzju. Tista’ ssib l-għajnuna kollha b’xejn fuq kellemni.com.