Għaliex Barbie għandha dehra ġdida?

Id-dehra l-ġdida ta’ Barbie se tkun qed tixbah lil persuni li għandhom diżabilità. Dan bil-għan li tiġġieled l-istigma li teżisti lejn il-persuni li għandhom diżabiltajiet fiżiċi.

Dawn il-pupi huma parti mill-kollezzjoni l-ġdida ta’ Mattel’s 2019 Barbie Fashionistas li l-għan tagħhom huwa li juru lit-tfal li s-sbuħija tista’ tiġi rappreżentata f’kull forma.  Il-kumpanija se tkun qed toħloq dar li għandha rampa biex tkun aċċessibbli għas-siġġu tar-roti. Il-kumpanija qalet li tixtieq li ma jkunx hawn istigma lejn persuni b’diżabilità kif ukoll li l-ħajja tan-nies tiġi rifletta fil-ġugarelli tat-tfal.

Il-kumpanija fl-2017 ikkreat l-ewwel Barbie bil-hijab u l-kreatur ta’ dawn il-pupi qed jikkonsidra wkoll li joħloq tieġ li jissimbolizza persuni tal-istess ġeneru.