Għalfejn telgħu fuq il-palk l-edukaturi tal-iskola primarja ta’ Santa Venera?

L-għalliema u l-LSEs tal-iskola Primarja ta’ Santa Venera tellgħu kummiedja u matulha ġabru s-somma ta’ €455 għal Puttinu.
Din il-kummiedja, li saret kollha kemm hi mill-edukaturi tal-iskola, saret quddiem il-ġenituri u l-kustodji tat-tfal fi żmien il-Milied.
Waqt li kienu qed jirreċtaw, ħassew li tkun xi ħaġa sabiħa li jagħmlu ġabra għal Puttinu, anke biex iwasslu l-messaġġ u jqajmu kuxjenza dwar il-bżonn li naħsbu f’xulxin.
Il-ġabra ġiet ippreżentata lil Dr Andrew Decelis minn Puttinu.