Għalfejn taħseb li l-kelb iħobbok?

L-imħabba li kelb ikollu lejn sidu hi parti min-natura tiegħu u tista’ tkun ir-raġuni għalfejn dawn l-annimali fidili saru parti importanti mill-ħajja tal-bniedem.
Skont xjentisti Amerikani l-klieb evolvew mill-ilpup eluf kbar ta’ snin ilu, fejn tul dan iż-żmien il-ġenetika tagħhom żviluppat b’mod li addattat għal dik soċjevoli skont l-ambjent li jkunu fih.
Dan l-iżvilupp fil-ġenetika tagħhom wassal biex ifittxu minn jheddhom il-kumpanija tan-nies u jkunu fidili lejn sidhom.
L-istudju kompla jikkonferma wkoll l-aktar razez ta’ klieb intelliġenti li jikklassifikaw hekk:

  1. Border collie
  2. Poodle
  3. German shepherd 
  4. Golden retriever
  5. Doberman pinscher 
  6. Shetland sheepdog 
  7. Labrador retriever
  8. Papillon

Skont din ir-riċerka ibbażata fuq l-imġiba ta’ klieb domestiċi u lpup mansi jirriżulta li dawn tal-aħħar huma intelliġenti daqs il-klieb biex isolvu xi problema, fosthom dik li joħorġu zalzett minn kaxxa tal-plastik magħluqa.
Testijiet iffukati fuq id-DNA juru li dawn iż-żewġ speċi għandhom komuni l-kapaċità li jifhmu l-imġiba soċjali tan-nies.
Dr Elaine Ostrander mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa tal-Istati Uniti qalet li din l-informazzjoni tista’ tkun importanti biex tgħin f’riċerka ta’ mard tan-nies.