Għalfejn qattus jippreferi joqgħod f’kaxxa tal-kartun?

Fuq Twitter qamet diskussjoni sħiħa hekk kif bosta jidhru affaxxinati bil-fatt li l-qtates qishom iħossuhom obbligati jipparkjaw lilhom infushom f’kaxxa mmarkata bit-tejp fuq l-art. Il-qtates jidhru qed iċedu għas-saħħa tal-kampanja #CatSquare.

L-istorja u x-xjenza juru li huwa fatt tal-ħajja li l-qtates jieħdu gost jiddeffsu fi spazji żgħar fejn iħossuhom ħafna iktar siguri. Minflok ikunu esposti għall-istorbju u l-ġenn tal-ħajja hemm barra, il-qtates jippreferu joqogħdu magħfusin fi spazju iżgħar u ċar. Wara kollox, meta kienu għadhom frieħ, kienu draw jingħafsu ma’ ommhom u ma’ ħuthom.

Studju ieħor juri li qtates li jingħataw ċans jilgħabu fil-kaxxa tal-kartun jaddattaw iktar malajr għal ambjent ġdid u jkunu inqas stressjati. Kaxxi f’post għoli tkun aħjar ukoll – li qattus ikun qed jara d-dinja mil-lenti ta’ għasfur tagħtih sens akbar ta’ sigurtà. Dan is-sens ta’ sigurtà jista’ jiksbu permezz ta’ kaxxa taż-żraben, basket tax-xiri jew kaxxa mmarkata bit-tape mal-art.