Għalfejn Manwela se tmur għand Gloria?

Ħbieb u Għedewwa jkompli llum fl-3.45pm fuq Melita More u se nkunu qed naraw x’ġara xħin Valentina marret tagħmel vista lil Kristianne? Manwela tmur għand Gloria minħabba dak li kien qalilha Felix. Tgħid għaliex għandhom għal xiex jinkwetaw?

Kif qed iħossu Etienne dwar dak li kien qal lil Frankie u għaliex bagħat għal Winnie biex ikellimha? X’se jiġrilha Olivia? Għaliex se ċċemplet lil Winnie mbikkma?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Channel 315 u huwa disponibbli għall-abbonati kollha tal-Melita. Din is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.