Għalfejn il-bdiewa jinħakmu minn biża’?

Is-sensiela Għeruq ta’ Joe Gatt bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci Productions tkompli llum fuq l-istazzjon Xejk fit-3.30pm.

Fl-episodju tal-lum inkomplu nsegwu dak li għadda minnu Bennard fi tfulitu. Feliċ imur fil-palazz ta’ DeGiovanni biex jgħarrafhom li kien se jieħu b’martu lil Marjanna, iżda hemm jiltaqa’ mal-qaddejja. X’jiġri wara dik iż-żjara? Niġu għal żminijietna: Bennard raġel ta’ ħamsa u sittin sena… jgħix hajja ta’ bidwi, meqjus bħala raġel fuq l-irġiel u ta’ kelma minn sħabu l-bdiewa.

Għal Doru, l-għeżeż ħabib tiegħu, dak li jgħid Bennard hu vanġelu. Flimkien mal-bdiewa l-oħrajn, Bennard u familtu jgħixu ħajja trankwilla, sakemm jitfacca hu… wieħed barrani. Min hu? X’ġie jagħmel l’hawn? Il-bdiewa jinħakmu minn biża’.