​Għalfejn għandek tibdel l-isponża tal-platti darba f’ġimgħa?

L-esperti qed jagħtu diversi raġunijiet għalfejn għandek tibdel l-isponża tal-platti mill-inqas darba f’ġimgħa.
Studju riċenti jiżvela li l-isponoż huma inkubatur tal-mard: daqs ta’ ċentimetru kwadru ta’ sponża tal-platti jista’ jkun fih 54 biljun ċellola ta’ batterji.
Wara li saret l-analiżi ta’ 28 kampjun tad-DNA minn 14-il sponża differenti ta’ djar fil-Ġermanja, instabet dominanza ta’ tip ta’ batterja imsejħa Gammaproteobacteria.
Din il-batterja li tinstab f’ammonti żgħar fl-isponoż użati, tista’ twassal għat-tifojde, il-pesta u l-kolera.
L-esperti li għamlu l-istudju jwissu wkoll li l-provi juru li meta tipprova tnaddaf sponża billi tagħmilha fil-mocrowave jew tgħalliha fil-misħun, jirdoppja r-riskju tal-mard mill-isponża.
Jgħidu li dan kollu jikkonferma li l-isponża tista’ tkun maħmuġa aktar mit-toilet u li għandha tinbidel mill-inqas darba f’ġimgħa.