Għalfejn Benjamin Franklin kien issuġġerixxa li ndawru s-siegħa?

Ritratt: twobuttonsdeep.com

Għada s-Sibt se nkunu qed indawru l-arloġġ siegħa lura, għall-ħin tax-xitwa. Però qatt staqsejt kif dan kollu beda?

Li ndawru l-ħin mhuwiex xi fenomeni naturali u filfatt mhux kull kontinent idawwar is-siegħa bħal-għada s-Sibt, jew inkella f’Marzu.

L-ewwel persuna li kien ħareġ bl-idea li ndawru l-ħin f’Marzu u Ottubru kien l-Amerikan Benjamin Franklin permezz ta’ kitba fl-1784 fejn issuġġerixxa li jsir dan biex il-bniedem jikkonsma l-enerġija tax-xemx b’mod aktar effettiv.