Għala Meghan mhix tilbes iċ-ċurkett tal-għerusija?

Ritratt: Facebook/Harry&Meghan

Waqt iż-żjara Rjali tagħha fl-Afrika t’Isfel ġie nnuttat li d-Dukessa ta’ Sussex mhux qed tilbes iċ-ċurkett tal-għerusija tagħha. Dan il-fatt qanqal ħafna tħassib fost dawk li jsegwu mill-qrib il-movimenti tal-koppja Rjali.

Filwaqt li d-Dukessa ta’ Sussex qiegħda tidher biċ-ċurkett tat-tieġ li r-Reġina tatha bħala rigal, mhux qed tilbes iċ-ċurkett mogħti lilha mill-Prinċep Harry.

Minflok, waqt iż-żjarat tagħha f’Cape Town u f’Monwabisi Beach, hija dehret liebsa ċurkett ieħor.

Ritratt: Facebook/Harry&Meghan

Ir-raġuni għal dan, skond ma ġie rrappurtat huwa għax id-Dukessa ta’ Sussex tippreferi li waqt din iż-żjara ma tagħtix wisq fil-għajn b’ġojjelli extravaganti.