Għala ċ-Chadwick Lakes nexfin?

Read in English.

Fuq il-midja soċjali diversi persuni tefgħu ritratti ta’ Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) li minkejja l-ammont kbir ta’ xita li għamlet fil-ġranet li għaddew u diversi postijiet spiċċaw mgħerrqa kien kollu niexef.

Kif jista’ jkun li dik ix-xita kollha u Wied il-Qlejgħa niexef?

Newsbook.com.mt tkellem mal-Professur Alan Deidun u spjega hemm probabilità ta’ bejn 70% u 80% li minħabba s-sħana u n-nixfa tas-sajf, l-art assorbiet l-ilma kollu.

Żied li l-Gżejjer Maltin esperjenzaw ħames xhur ta’ nixfa u x-xitwa li għaddiet kienet pjuttost niexfa meta kkomparata mas-snin li għaddew.

Huwa kompla jispjega li ħafna drabi wieħed isib l-ilma f’Wied il-Qlejgħa lejn Novembru u normalment il-widien ma jimtlewx mal-ewwel xita wara s-sajf.

Tixtieq taqsam magħna xi ritratti?

Ibgħatilna email fuq info@newsbook.com.mt