​“Għal xi MPs, kollox business as usual fil-Parlament” – Marthese Portelli

Id-deputata Nazzjonalista Marthese Portelli ddeskriviet il-Parlament Malti bħala wieħed “bla sinsla” u li mhux qed jiddefendi ċ-ċittadini tiegħu.
Marthese Portelli sostniet li għal xi membri parlamentari, il-Parlament Malti huwa “business as usual”, fejn il-prijorità għalihom huma biss is-surplus finanzjarju tal-Gvern u ftaħir bil-miżuri tal-baġit.
Sellmet lis-soċjetà ċivili li fi kliemha, verament qamet għall-okkażjoni u sostniet li ħassitha komda bħala katalista biex jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Qalet li tixtieq li l-istess atmosfera li kien hemm il-Ħadd li għadda fil-Belt Valletta, tinħass ukoll fil-Parlament Malti.
Marthese Portelli staqsiet x’jiswa li jkun hemm ekonomija tajba meta jkun hemm korruzzjoni fil-qalba tal-istat. Staqsiet ukoll jekk hux b’kumbinazzjoni li iben Daphne Caruana Galizia Andrew issejjaħ lura Malta xahar wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, wara li kien qed iservi bħala membru diplomatiku tal-karriera fl-Indja.