Għal min iħobb il-mużika klassika Russa

Is-seħer tal-mużika klassika Russa se jsib postu fit-Teatru Manoel.
Dan hekk kif il-vjolinist Malti Carmine Lauri se jingħaqad mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għal kunċert ta’ mużika klassika Russa.
Lauri se jdoqq il-Kunċert tal-Vjolin ta’ Alexander Glazunov fit-tieni kunċert tas-serje Russian Masters organizzat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Matul il-kunċert, l-orkestra, taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus, se ddoqq ukoll ir-Russian Easter Festival Overture ta’ Rimsky-Korsakov kif ukoll it-Tieni Sinfonija ta’ Tchaikovsky.
Dan il-kunċert se jiġi mtella’ nhar il-Ġimgħa li ġej.
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit.