Għal min hi din l-ittra?

Sorelle

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle naraw kif qed tħossha Maxine. Għaliex bdiet tgħajjat lil Vince? X’qalilha xħin niżel minn fuq? X’sabet fuq l-għadba tal-bieb ta’ barra tagħhom? U x’qaltlu dwar il-mobajl ta’ Leo?

Neil iċempel lil Lorraine… x’ried jgħidilha? F’dan l-episodju naraw lil Lorraine terġa’ ġġedded il-memorja ta’ Roy.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am, dejjem fuq TVM. L-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.