Għal Malta l-avveniment ewlieni ta’ THU

L-avveniment prinċipali ta’ Trojan Horse was a Unicorn (THU) din is-sena se jsir Malta.
Fi stqarrija, maħruġa mill-Gvern ingħataw dettalji dwar THU, li jospita wieħed mill-ikbar avvenimenti fl-industrija tat-3D, logħob VFX u Concept Art.
Huwa festival mifrux fuq sitt ijiem immirat għall-persuni kreattivi, intraprendituri u artisti, u jagħtihom l-opportunità li jsiru jafu iktar nies fis-settur, jitgħallmu u joħolqu.
Kemm il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni Silvio Schembri, laqgħu l-aħbar.
Schembri qal li permezz tal-ħidma li segwiet minn wara l-ewwel laqgħa mal-fundaturi ta’ THU f’Settembru tas-sena li għaddiet, issa din l-inizjattiva se sseħħ.
THU se jsir bejn l-24 u d-29 ta’ Settembru.