Għal kull pajjiż fit-Tazza tad-Dinja hemm kelb

Fil-kollezzjoni ħelwa u oriġinali bl-isem Soccer Nations Dogs, id-disinjatur grafiku ta’ 29 sena minn Brussel b’oriġini Franċiżi u Inglizi, Paul-François Gay ħoloq gallerija tal-arti onlajn bil-klieb.
Fis-Soccer Nations Dogs li ġie maħluq għas-sit Lifeonwhite.com insibu lil British Bulldog, Mastino Napoletano, German Shepherd, Dogo Arġentin u oħrajn libsin bil-flokkijiet tat-timijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.
Meta d-disinjatur żagħżugħ ġie mistoqsi x’jippreferi bejn il-klieb u l-futbol, huwa qal li minn dejjem kien irabbi l-klieb u jsegwi l-futbol.
Pero li kellu jagħżel kien jippreferi l-futbol għax il-klieb iridu aktar attenzjoni.
Meta mistoqsi min se jkunu l-hekk imsejjħa underdogs, fil-fehma tiegħu se jkunu l-Ingilterra.
Paul-François Gay isegwi ħafna l-futbol Ingliż pero poġġa lil Brażiljani bħala l-favoriti li jgħollu t-Tazza tad-Dinja.