Proprju bħal-lum sena il-midja lokali xegħlet bl-aħbar li l-kantanta Ira Losco żżewġet lill-maħbuba tagħha, il-kok u personalità televiżiva Sean Gravina.
Kien is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 u ċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ saret fil-Casino Maltese. Iċ-ċelebrazzjoni kienet waħda intima bejn familjari u ftit mill-ħafna ħbieb tal-koppja. Eluf ta’ Maltin kienu ħallew il-messaġġ ta’ awgurju tagħhom lil din il-koppja fil-jum tal-Ħadd filgħodu hekk kif l-aħbar ġriet.
Fil-messaġġ tagħha lir-raġel tagħha, f’okkażjoni tal-ewwel anniversarju mindu l-koppja għamlu b’mod uffiċjali ir-rabta tagħhom, apparti li ddikjarat b’mod pubbliku mħabbitha lejh, il-kantanta Maltija kitbet: “Għal ħafna aktar snin flimkien, ta’ żfin, daħk, ikel, vjaġġar, ingwadu lil uliedna u l-affarijiet sempliċi fil-ħajja,” kitbet Ira fil-messaġġ tagħha lil Sean fl-ewwel sena mill-anniversarju tagħhom filwaqt li ddikjarat b’mod pubbliku li tħobbu.
Il-koppja għandhom żewġt ulied, Harry li twieled fl-2016 u GiGi li twieldet ftit tal-ġimgħat ilu.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ira u lil Sean għal aktar snin ta’ mħabba.