Għal għomri nibqa’ nħares lejn x’għamilt ilbieraħ bi tbissima kbira – Christabelle

Fl-ewwel kummenti tagħha wara li Malta m’għaddietx għall-Finali tal-Eurovision Song Contest, il-kantanta Christabelle Borg qalet li sodisfatta ħafna kif imxew l-affarijiet u li se tibqa’ tara dak li għamlet ilbieraħ bi tbissima kbira fuq wiċċha.
Saħqet li t-team tagħha u d-delegazzjoni Maltija ħadmet fuq li ħadmet u li hi grata ħafna għal kull ma’ sar f’din l-esperjenza ta’ Malta.
Wiegħdet li kif bdiet tagħmel mindu tfaċċat Taboo, il-kantanta se tibqa’ xxerred it-tama u l-pożittivita lil dawk kollha milquta minn sfidi mentali.
Borg ma kinetx waħda mill-għaxra li lbieraħ għamluha għall-finali ta’ għada s-Sibt.
Għal ġimgħat sħaħ, Taboo kienet kwotata bħala t-tlettax skont id-djar tal-imħatri. Għada wara li jintemm il-finali, l-EBU jiżvela l-punti li kisbet Malta u x’pożizzjoni finali kisbet il-kanzunetta ta’ Malta.