“Għall-Għid nerġgħu lura għan-normal” – Johnson

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jkollu pressjoni mill-membri parlamentari tiegħu stess dwar ir-restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19.

F’tentattiv li jirbaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament nhar it-Tlieta li ġej, Johnson ħabbar li s-sistema ta’ lockdown li nieda ftit tal-ġimgħat ilu, kellha tara t-tmiem tagħha fit-3 ta’ Frar, waqt li wiegħed li se jbaxxi r-restrizzjonijiet f’Diċembru.

F’ittra li bagħat lill-Membri Parlamentari Laburisti, Johnson qal li se jillaxka l-miżuri restrittivi magħrufa bħala “Covid Tier System” għal Diċembru hekk kif mistenni vot ieħor parlamentari f’Jannar.

F’ittra fis-Sunday Mail, Johnson kiteb li l-Għid hu ċ-ċans reali meta l-ħajja terġa’ tirritorna għan-normal. Hu wissa dwar l-effetti diżastrużi li kellhom fuq is-sistema tas-saħħa tal-NHS li kieku dawn il-miżuri ma jibqgħux fis-seħħ.