Għal għeluq sninu ried qmis tad-deheb li tiswa €170,000

20 ħaddiem u 3,200 siegħa xogħol biex iħitu qmis waħda.  Biex tkun ċara mill-bidu, din mhix qmis kwalunkwe iżda qmis magħmula mid-deheb li tiswa €170,000.
B’kollox għandha 4 kilogrammi deheb, 7 buttuni ta’ 18 u 22 karat. 
Din hi l-aħħar trasgressjoni ta’ Pankaj Parakh, meqjus bħala r-re Indjan tad-drappijiet, li għall-għeluq il-45 sena tiegħu, iddeċieda li jagħti lilu nnifsu dan ir-rigal.
Parakash qal li minn dejjem kien jaffaxxinah id-deheb u maż-żmien dan l-interess żviluppa f’passjoni.
Biex juri lil kulħadd dan ir-rigal, meta jilbes il-qmis, Parakash ikollu joħroġ dejjem b’erba’ uffiċjali tas-sigurtà.