Għal ftit ħin, il-poplu Iranjan ikollu aċċess għal Facebook

Ilbieraħ filgħaxija fl-Iran kienu kuntenti se jtiru hekk kif skoprew li jistgħu jużaw il-Facebook u t-Twitter. Facebook u Twitter fl-Iran mhumiex permessi. Id-deċiżjoni tal-gvern Iranjan li jaqta’ il-popolazzjoni mid-dinja tal-midja soċjali waslet wara l-protesti qabel l-elezzjonijiet tal-2009.

Għal bidu, malli l-popolazzjoni Iranjana sabet aċċess għal Facebook u Twitter, kulħadd ħaseb li l-President, Hassan Rouhani, kien qed jilqa’ bi ħġaru t-teknoloġija u l-midja soċjali. Iżda l-awtoritajiet fl-Iran qed jinsistu li dan kien biss żball tekniku, li għal ftit ħin ippermetta biex il-poplu Iranjan imiss mad-dinja tal-midja soċjali hu ukoll.

Minkejja li l-Gvern qed jgħid li dan l-inċident seħħ miħabba żball, osservaturi qed jgħidu li dan l-hekk imsejjaħ inċident ma kien xejn għajr riżultat ta’ diżgwit bejn l-awtoritajiet li imexxu ċ-ċensura fl-Iran. Jista’ ikun, jgħidu dawn l-osservaturi, li ftit taż-żmien ieħor, l-Iran ukoll se jiġi mirdum minn Facebook.