​Għal €40 ir-ras, il-passiġġieri tal-MH17 setgħu baqgħu ħajjin

It-titjira MH17 ħadet l-aktar rotta diretta u rħisa meta kienet fi triqitha minn Amsterdam għal Kuala Lumpur, minkejja li diġà kien hemm problemi fl-Ukraina.
Sar studju li jekk it-titjira damet 45 minuta oħra fl-ajru fuq rotta ftit itwal kienet tiswa lil-linja tal-ajru madwar €11,460, jew €40 ir-ras.  
298 persuna setgħu baqgħu ħajjin.
Il-fdalijiet ta’ 196 persuna tqiegħdu fuq ferrovija refriġirata u se jittieħdu f’post mhux magħruf.
Il-298 passiġġier li kienu fuq it-titjira tal-Malaysia Airlines mietu meta ntlaqtet minn missila l-Ħamis li għadda.