Għal Alla, id-dnub m’għandux l-aħħar kelma

Il-Papa spjega l-parabbola ta' l-Iben il-Ħali

Waqt it-talba tal-Angelus nhar il-Ħadd fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal lill-miġemgħa li aħna m’għandniex għalfejn nibżgħu għax Alla “għandu mħabba bla qies għalina l-midinbin” u bil-maħfra tiegħu negħlbu l-ħażin.

Il-Papa tkellem dwar l-Evanġelju tal-ġurnata fejn Kristu kien kritikat “għad kien fil-kumpannija tal-ġabbara tat-taxxi u l-midinbin u kiel magħhom”.

Il-Papa qal li din hi aħbar important għax Ġesù jagħmel “Din il-frażi nistgħu niktbuha fuq il-bibien tal-knejjes kollha għax fil-Quddiesa, f’kull Knisja Ġesù jilqagħna bil-ferħa fil-medja tiegħu fejn joffrielna lilu nnifsu”.

Il-Parabboli

Iffaċċjat mill-kritiċi tiegħu Kristu rrakkonta tliet parabboli li juru kemm jippreferi lil dawk li jħossuhom ‘l bogħod minnu.

Fl-ewwel parabbola, Ġesù jistaqsi ‘min minnkom jekk ikollu 100 nagħġa u jitlef waħda ma jħallix id-99 l-oħra biex imur ifittex in-nagħġa l-mitlufa?’

“Kristu”, qal il-Papa. “ma jaqtax qalbu. Dawk li għadhom ma għarfux il-kobor tal-imħabba tiegħu huma l-aktar għal qalbu”.

It-tieni parabbola hi l-istorja ta’ mara li titlet waħda mill-għaxar muniti li kellha. “Intom dik il-munita li Alla ma jridx jitlef u jfittixha bla waqfien, għax Alla jrid jgħidilkom li intom uniċi”, spjega l-Papa.

Fit-tielet parabbola “Il-missier jistenna lill-iben prodigu jirritorna”. Il-Papa qal li “Alla jistenniena, ma jgħajjhiex, ma jaqtax qalbu”. Anke jekk taħsbu li għamiltu ħafna affarijiet ħżiena, tibżgħux. Alla ma jgħajjiex, “għaliex aħna dak l-iben li rritorna, dik il-munita li nstabet, dik in-nagħġa li sab u poġġa fuq spallejh”.

Imħabba bla qies

Il-Papa kompla jispjega li Alla jistennienha biex naċċettaw l-imħabba bla qies tiegħu. Din l-imħabba infinita, kultant “ma tkunx aċċettata”. Dan hu dak li għamel it-tifel il-kbir tal-parabbola, qal il-Papa Franġisku. Hu qies lil Alla bħala surmast aktar minn Missier; Alla rigoruż flok Alla ħanin. “Le”, qal il-Papa, “Alla jsalvana bl-imħabba tiegħu mhux bil-forza. Hu jipproponi lilu nnifsu iżda ma jimponix lilu nnifsu”.

Kultant aħna wkoll niżbaljaw meta bħall-iben il-kbir “naħsbu li aħna għandna raġun” u l-oħrajn huma ħżiena. Ejja “ma nemmnux li aħna t-tajbin għax weħidna, mingħajr l-għajnuna t’Alla li hu tajjeb, m’aħniex kapaċi negħlbu l-ħażin”.

Papa Franġisku għalaq l-ispjega tiegħu billi staqsa: Kif se negħlbu l-ħażen? “Billi naċċettaw il-maħfra t’Alla. Alla jħassar il-ħażen tagħna.  M’Alla, id-dnub m’għandux l-aħħar kelma”, ikkonkluda l-Papa.