“Għal aktar snin ta’ saħħa u mħabba flimkien” – Mary Rose lil Michael

Awguri lill-koppja Dr Michael Vella Haber u Mary Rose Vella Haber f’okkażjoni tal-44 sena anniversarju mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin. Huma żżewġu bħal-lum is-7 ta’ Awwissu tal-1976.

Mary Rose nèe Darmanin kienet tkanta u saħansitra rrappreżentat lil Malta fiż-Zecchino D’Oro fl-1964 bil-kanzunetta La Piuma Rossa. Narawha wkoll tinterpreta lil Yvonne fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa.

Min-naħa l-oħra Michael qatta’ snin twal jaħdem fil-qasam tad-dentistrija u llum wieħed mill-awturi ta’ bosta sensiliet ta’ suċċess tal-kumpanija Rewind, fosthom F’Ġieħ L-Imħabba, Sorelle, Ħbieb u Għedewwa u Manwela. Lil Michael narawh ukoll bħala attur fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa fejn jinterpreta lil Decelis.

F’okkażjoni ta’ dan l-anniversarju Mary Rose awgurat lil Michael li jkollhom flimkien aktar snin ta’ saħħa u mħabba.

Il-koppja Vella Haber għandha tlett ulied, Sarah, Miguel u Amy. Huma wkoll nanniet.

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u għas-snin li ġejjien.