Għajnuna psikoloġika lil dawk morda bil-kliewi – LifeCycle

Il-fondazzjoni LifeCycle (Malta) ħabbret assistenza psikoloġika lill-persuni fir-renal unit li qegħdin fir-Renal Unit Support Healh Hub (R.U.S.H.). Huma se jibdew joffru dan is-servizz b’kollaborazzjoni mal-Malta Chamber of Psychologists. LifeCycle Malta se tkun qed toffri vawċers biex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu terapija ma’ psikologu b’xejn.

Tul l-2019, il-fondazzjoni se tkun qed tiffoka fuq dan il-proġett biex jgħinu lill-pazjenti li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet u jkollhom bżonnn għajnuna psikoloġika.

Skont il-fundatur tal-LifeCycle Alan Curry, dawk il-pazjenti li jkollhom diffikultajiet fil-kliewi jirċievu l-kura medika mill-isptarijiet iżda għandhom bżonn li jkollhom għajnuna minn psikologi, nutrizzjonisti u professjonisti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-familja kollha, b’hekk ikunu qed jirċievu għajnuna ħolistika.

Iċ-Chairperson tal-LifeCycle Malta Dr Shirley Cefai qalet li l-għan ta’ R.U.S.H. huwa li joffru appoġġ komrensiv għal pazjenti li għandhom problemi fil-kliewi. Apparti mill-għajnuna psikoloġika se jkunu qed joffru wkoll għarfien dwar il-marda, in-nutrizzjoni, lekċers speċjalizzati, attivitajiet fiżiċi kif ukoll li jaraw il-fatturi li jikkawżaw problemi fil-kliewi u jippromwovu stil ta’ħajja b’saħħitha.