Madwar 300 negozju ta’ daqs żgħir jew medju (SME) ibbenefikaw minn fondi biex permezz tagħhom ikabbru l-operat tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ltaqa’ mal-impjegati tal-Measures & Support Division fi ħdan is-Segretarjat, u tkellem magħhom dwar ix-xogħol siewi biex l-intrapriżi ż-żgħar ikunu mgħejjuna minn skemi ta’ għajnuna mħaddma permezz tal-Fondi Ewropej.
Zrinzo Azzopardi saħaq ukoll fuq l-importanza li dawn l-iskemi jkomplu ħalli aktar SMEs jiġu mgħejjuna jespandu u jimmodernizzaw.
