Għajnuna jekk għadek se tagħżel il-karriera…

Infetħu l-bibien tal-avveniment I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
Għat-tielet sena konsekuttiva, studenti tas-Sena 10 (Form 4), tas-Sena 11 (Form 5) u studenti postsekondarji, se jkollhom l-opportunità li jiksbu għarfien adegwat dwar korsijiet differenti li jistgħu jsegwu wara l-edukazzjoni obbligatorja.  
Se jiġu esebiti karrieri diversi minn istituzzjonijiet varji bħas-Sixth Form,  l-MCAST, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), u l-Università ta’ Malta.
Din il-fiera edukattiva se tkun mifruxa fuq jumejn, bdiet illum u se tkompli għada s-Sibt mid-9am sal-5pm.
Aktar tagħrif hawn.
Ritratt: MEDE