Għajnuna lill-familji: L-iktar fix-Xlokk ta’ Malta

Mill-bidu tas-sena sa Ottubru sar b’kollox 1,032 assessment ta’ familji vulnerabbli. Skont il-Ministru għall-Familja Michael Falzon, dawn kollha rċivew pjan ta’ kura skont il-ħtieġa tal-klijent.

Falzon qal li l-klijenti ġejjin mir-reġjuni kif indikat fit-tabell:

Reġjun Numru ta’ assessments
Tramuntana 188
Xlokk 221
Majjistral 169
Punent 101
Nofsinhar 200
Għawdex 153

Il-Ministru spjega kif minn Jannar ta’ din is-sena, is-Servizzi fil-Komunità tal-LEAP u tal-Aġenzija Appoġġ ingħaqdu f’aġenzija waħda terapewtika u komunitarja taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, flimkien mal-Home Based Therapeutic Services. Kemm mil-community mentors u l-ħaddiema soċjali li jaħdmu f’din l-Aġenzija jagħmlu assessments tal-klijenti.

Il-Ministru Michael Falzon kien mistoqsi dwar kemm saru profili ta’ familji vulnerabbli u f’liema lokalità qed jgħixu l-istess familji. Kien mistoqsi wkoll dwar kemm minn dawn il-profili għandhom imfassal pjan ta’ ħidma. Il-mistoqsijiet kienu mistoqsija waqt seduta parlamentari mill-Membru Parlamentari Hermann Schiavone.