Għajjar pulizija; kellu jħallas €1,000

qorti bla permess familja

Żagħżugħ Franċiż, residenti Malta kien akkużat li insulenta u hedded lill-pulizija, ġie mmultat €1,000 u ingħatatlu sentenza sospiża għal 6 xhur.

Iż-żagħżugħ kien akkużat li apparti li hedded lill-pulizija, huwa kiser il-paċi pubblika u ma obdiex l-ordnijiet mogħtija mill-pulizija filwaqt li kien xurban u ma setax jieħu ħsieb tiegħu nnifsu f’post pubbliku. Għalkemm il-pulizija ppruvat tikkontrolla s-sitwazzjoni, l-akkużat baqa’ ma obdiex l-ordnijiet u kellu jittieħed l-għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan.

L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u tenna li dak li għamel kien żball kbir. Id-difiża tal-akkużat qalet li b’dak li għamel ma weġġax lill-uffiċjali tal-pulizija u lanqas għamel ħsara lil xi propjeta.

Wara li l-qorti rat l-akkużi, d-dokumenti  ppreżentati u wara li l-akkużat ammetta li hu ħati, il-qorti sabet lill-akkużat ħati.