Għajdut li jkun hemm tekniċi flok infirmiera waqt l-operazzjonijiet – MUMN

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Unjin tal-Infirmiera u l-Qwiebel kitbet lill-Ministru tas-Saħħa dwar l-għajdut li hemm l-intenzjoni li jkun hemm tekniċi waqt l-operazzjonijiet u li dawn jieħdu post l-infirmiera.
Fl-ittra lill-Ministru Godfrey Farrugia, il-President tal-MUMN Paul Pace qal li l-konsulenti tal-istess Ministru qed jissuġġerixxu li jkun hemm kors fl-MCAST li jwassal biex ikun hemm dawn it-tekniċi mhux professjonisti fit-teatri tal-operazzjonijiet.
Ma’ Newsbook.com.mt, il-President tal-MUMN qal li b’dawn l-għajdut, it-tekniċi se jitħallsu inqas hekk kif ma jkollhomx warrant, filwaqt li meta jintużaw xorta waħda jkun hemm bżonn l-infirmiera għax il-kors tagħhom mhuwiex biżżejjed.
Paul Pace spjega li l-kors mhux wieħed tajjeb u din is-sistema kienet introdotta f’żewġ pajjiżi iżda waqfet hemm u ma ġietx introdotta f’aktar pajjiżi, hekk kif imbagħad anke titfaċċa l-problema tal-imdemnity insurance.
Dan filwaqt li l-MUMN sostniet li l-pazjenti jeħtieġu nies professjonali u mhux oħrajn li jipperikolaw il-ħajja tal-istess pazjenti.
Il-Unjin talbet lill-Ministru tas-Saħħa sabiex sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Marzu jagħti risposta dwar jekk dawn l-għajdut humiex minnhom jew le.