Għaġina Tal-Pizza

Riċetta ta' Paul Fenech
 

  • 1kg dqiq mgħarbul tajjeb
  • 15grm ħmira
  • 120ml żejt taż-żebbuġa
  • 30grms melħ
  • 20grm zokkor
  • Nofs litru ħalib jew ilma fietel
  1. Saħħan l-ilma/ħalib fietel u żidu mal-ħmira u z-zokkor. 
  2. Ħawwad d-dqiq mal-melħ.  Żid t-taħlita tal-ħalib. Żid ż-żejt u ħaddem flimkien għal madwar 10 minuti bil-mod. 
  3. Itfa’ l-għaġina ġo kontenitur midluk biż-żejt jew imferrex bid-dqiq. Agħtih bil-cling film u ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar nofs siegħa.
  4. Sajjar f’forn 200C

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK