Għagina Tal-Ħobż

Riċetta ta’ Chef Paul Fenech

  • 1kg dqiq mgħarbul tajjeb
  • 15grm ħmira
  • 60grm butir jew marġerina
  • 30grm melħ
  • 20grm zokkor
  • Nofs litru ħalib jew ilma fietel
  1. Itfa’ id-dqiq u l-marġerina jew butir u dawwar tajjeb fil-mixer sakemm it-taħlita issir qisha ramel.
  2. Żid il-melħ, z-zokkor u l-ħmira. Żid il-likwidu (l-ilma/ħalib fietel) mat-taħlitat u ħaddem flimkien għal madwar 10minuti bil-mod.
  3. Itfa’ l-għaġina ġo kontenitur midluk biż-żejt jew imferrex bid-dqiq. Agħtih bil-cling film u ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar nofs siegħa.
  4. Sajjar f’forn 200C

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK