Għagina Tal-Ħobż Wholemeal

Riċetta ta’ Paul Fenech

  • 625grm dqiq wholemeal mgħarbul  tajjeb
  • 125grm dqiq abjad
  • 25grm ħmira
  • 60grm żejt tal-Fjura tax-Xemx (Sunflower Oil) 
  • 40grm għasel
  • 10grm melħ
  • Nofs litru ilma fietel
  1. Itfa’ id-dqiq  gol-kontenitur. Ħoll il-ħmira f’nofs il-likwidu fietel.
  2. Itfa’ l-għasel u ż-żejt u ħawwad sew għal madwar 10 minuti bil-mod.
  3. Itfa’ l-għaġina ġo kontenitur midluk biż-żejt jew imferrex bid-dqiq. Agħtih bil-cling film u ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar nofs siegħa.
  4. Sajjar f’forn 220C

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK