Ingredjenti
250g penne
basla mqattgħa
3 isdra tat-tiġieġ imqattgħa slajsis irqaq
kuċċarina paprika
2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa
bżar u melħ
Għaz-zalza
50g butir
50g dqiq
750ml ħalib sħun
kuċċarina mustarda
100g ġobon maħkuk
tursin imqatta’ għal wiċċ
Metodu
Saħħan il-forn 220˚Ċ, Gas 7.
Sajjar il-penne mal-basla. Meta jsiru saffi mill-ilma u ħallihom fil-ġenb.
Poġġi l-biċċiet tat-tiġieg f’borża tal-freezer mal-paprika u ftit melħ u bżar. Agħlaq il-borża u ċaqlaq il-borża biex tiksi sew it-tiġieġ.
Saħħan kuċċarina żejt f’taġen u aqli malajr it-tiġieġ għal żewġ minuti sakemm isiru kulur dehbi. Neħħi mit-taġen u ħallihom fil-ġenb.
Biex tagħmel iz-zalza dewweb il-butir f’kazzola, żid id-dqiq u ħawwad malajr għal madwar minuta. Żid il-ħalib ftit ftit u ħawwad ma’ kull ftit ħalib li titfa’ sakemm tara li jkollok bħal krema. Sajjar għal 4 minuti tħawwad il-ħin kollu. Żid il-mustarda u bżar u melħ.
Itfa’ t-tiġieġ u l-basal maz-zalza u ħallat flimkien. Ferragħ nofs it-taħlita f’dixx tal-forn u fuqha poġġi l-biċċiet tat-tiġieġ. Ferragħ l-kumplament tat-taħlita u fil-wiċċ ferrex il-ġobon maħkuk u t-tursin.
Aħmi għal madwar 20 minuta sakemm il-wiċċ isir dehbi.