Għaġin (forma tal-bebbux) Mimli

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn:180C
Ingredjenti:

  • 300gr għaġin forma ta‘ bebbux
  • 500gr salamun
  • 100gr basal
  • 2 mgħaref tursin
  • 400gr irkotta
  • 3 mgħaref ġobon cheddar
  • 2 sinniet tewm
  • 150ml ħalib
  • 2 mgħaref ġobon

Metodu:
1. Għalli l-għaġin.
2. Sajjar is-salamun u żidu mal-basal, t-tursin, l-ġobon cheddar u tewm u ħallathom sew.
3. Imla l-għagin tal-bebbux bit-taħlita.
4. Ferra' fuqhom il-ħalib u l-ġobon maħkuk.
5. Sajjar għal 35 minuta.
 

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK