Għaġin bl-ispinaċi u l-brokkoli

Ingredjenti

300g mqarrun

200g fjoretti tal-brokkoli

100g spinaċi

2 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

1 basla żgħira mqattgħa rqiq

1 ras ta’ tewma mqattgħa rqiq

1 mgħarfa dqiq

300ml ħalib

2 weraq tar-rand

1 qoxra maħkuka ta’ lumija

100g ġobon tal-ħakk

bżar u melħ

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Sajjar l-imqarrun fl-ilma jagħli għal 6 minuti. Żid il-brokkoli u sajjar għal 2 minuti oħra. Itfi n-nar u żid l-ispinaċi. Għatti l-borma u ħalli għal 2 minuti. Wara saffi kollox f’daqqa.

F’taġen saħħan il-basal għal 2 minuti. Żid it-tewm u sajjar għal minuta. Żid id-dqiq u ħawwad il-ħin kollu għal żewġ minuti. Ferragħ l-ħalib ftit ftit u l-weraq tar-rand. Ħawwar bil-bżar u l-melħ. Kompli sajjar fuq nar bati sakemm it-taħlita tħossha kremuża. Neħħi l-weraq tar-rand.

Żid il-qoxra tal-lumija u tliet kwarti tal-ġobon tal-ħakk.

Aqleb l-għaġin u l-ħaxix f’dixx tal-forn u ferragħ fuqu t-taħlita tal-ħalib. Ħawwad tajjeb. Fil-wiċċ roxx il-kumplament tal-ġobon tal-ħakk.

Daħħal fil-forn u aħmi għal bejn 15 u 20 minuta sakemm il-wiċċ isir kulur dehbi sabiħ.