Għaġin bl-ikkapuljat, żebbuġ aħdar u bżar aħmar

Ingredjenti

350g kapuljat taċ-ċanga

350g għaġin rigatoni

70g żebbuġ aħdar bla għadam

basla kbira

3 irjus tat-tewm

bżaru aħmar

kuċċarina oregano

tursin

ġobon maħkuk

bżar u melħ

Metodu

Saħħan borma kbira b’ilma bil-melħ.

Qatta’ l-basla u t-tewm. Qatta’ ż-żebbuġ minn nofs u sslajsa rqiq il-bżaru aħmar.

F’taġen itfa’ l-ikkapuljat ma’ ftit melħ u sajjar għal 5 minuti fuq nar bati sakemm isir. Neħħi mit-taġen u ttrasferih fi skutella.

Itfa’ l-għaġin rigatoni fl-ilma jagħli u sajjar imma tħallihx isir għal kollox. Ħallat xi kultant. Irriserva tazza ilma tas-sajran u saffi l-għaġin. Wara erġa’ poġġi l-għaġin fil-borma.

Fit-taġen li tkun sajjart fih l-ikkapuljat żid il-basla, l-oregano u nitfa melħ. Saħħan għal 3 minuti. Żid it-tewm u sajjar għal 2-3 minuti. Erġa’ poġġi l-ikkapuljat fit-taġen. Żid iż-żebbuġ u l-slajsis tal-bżaru aħmar. Sajjar għal żewġ minuti.

Itfa’ din it-taħlita mal-għaġin flimkien mal-ilma li tkun irriservajt meta għallejt l-għaġin. Saħħan fuq nar bati sakemm tara li l-għaġin sar.

Servi fi platti fondi mżejna bi ftit tursin imqatta’ rqiq u ġobon maħkuk fil-wiċċ .